Skip to main content Skip to footer

Dwar il-klijenti ta’ ASN

Minħabba liġijiet restrittivi tal-abort, ħafna huma dawk li jkollhom isiefru sabiex jaċċessaw din il-kura tas-saħħa f’pajjiżi oħra. Biex jagħmlu dan ikollhom isibu l-flus biex iħallsu għall-vjaġġ u għall-proċedura, ġeneralment bħala pazjenti privati. Ta’ spiss ikun hemm spejjeż oħra involuti, bħal akkommodazzjoni, childcare, dokumenti tal-ivjaġġar, kif ukoll xi żmien mingħajr ma jistgħu jidħlu għax-xogħol.

ASN hija fond tal-abort għaliex aħna nemmnu li nuqqas ta’ finanzi m’għandha qatt tkun l-unika raġuni li xi ħadd ikollu t-tfal. L-għan ta’ ASN hu li tgħin lin-nies li ma jistgħux jaċċessaw abort f’pajjiżhom u li m’għandhomx ir-riżorsi finanzjarji biex jaċċessaw abort barra minn pajjiżhom.

Aħna ma nistaqsux lill-klijenti tagħna dwar iċ-ċirkustanzi li wasslu għat-tqala jew għalfejn iridu abort. Hekk kif dawk li għandhom il-finanzi meħtieġa m’għandhomx għalfejn jiġġustifikaw l-għażliet tagħhom, l-istess jistħoqqilhom dawk li jirrikjedu għajnuna finanzjarja. L-uniku kriterji għall-għajnuna finanzjarja huma l-bżonn tal-persuna u kemm ikun hemm fondi disponibbli min-naħa tagħna.

Jekk għandek bżonn l-għajnuna, tista’ ssib iktar informazzjoni hawnhekk.

Aqra iktar dwar il-klijenti tagħna hawnhekk.