Pilloli tal-abort

Aħna nafu li hawn nies li m’għandhom ebda alternattiva oħra ħlief li jfittxu pilloli tal-abort fuq l-internet. L-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (World Health Organisation) stqarret li l-pilloli tal-abort huma siguri, anke meta jittieħdu barra minn kliniċi jew sptarijiet. Madankollu, ix-xiri ta’ dawn il-pilloli minn fuq l-internet jaf ikun riskjuż jekk ma tkunx taf mingħand min qed tordnahom. Għaldaqstant, aħna nissuġġerixxu li tfittex il-pilloli tal-abort minn organizzazzjonijiet reputabblu biss u li meta tieħu l-pilloli ssegwi l-istruzzjonijiet provduti jew li jkollok aċċess għal pariri mingħand nies kwalifikati. 

Mill-esperjenza tagħna, kemm Women Help Women kif ukoll Women on Web huma organizzazzjonijiet reputabbli li jipprovdu pilloli tal-abort, kif ukoll pariri u sapport. Infatti, Women Help Women hija membru tal-inizjattiva Abortion Without Borders u waħda mis-soċji ta’ ASN. Jekk iżżur is-siti ta’ Women Help Women u Women on Web ser issib informazzjoni dwar kif jaħdmu l-pilloli tal-abort, is-sigurtà tagħhom, u s-side effects. Iż-żewġ organizzazzjonijiet jistaqsu li l-persuna li tkun ħa tieħu l-pilloli timla konsultazzjoni medika online. Huma jistaqsu wkoll għal donazzjoni biex ikopru l-ispejjeż tal-pilloli u l-posta. ASN ma tirċievi ebda pagamenti jew benefiċċji oħra mingħand min juża dawn is-servizzi. Filwaqt li nemmnu li kemm Women Help Women u Women on Web huma organizzazzjonjiet affidabbli, ASN ma tieħu ebda responsabbiltà għall-azzjonijiet tagħhom.   

Women Help Women

Women on Web

We’re the UK’s leading abortion care specialists. Quick, convenient treatments from 60+ locations. BPAS – here if you need us.

www.bpas.org

Providing abortion care services through our network of clinics across
England. You can call us or live chat on our website. Your choice, our
support.

www.msichoices.org.uk

National Unplanned Pregnancy Advisory Service

Offering abortion and sexual health advice, care and treatment within a safe non-judgmental environment.

www.nupas.co.uk/