Abortion Support Network tipprovdi pariri dwar vjaġġar għal abort, Abortion Support Network (ASN) tgħin lil nies li għandhom bżonn jaċċessaw abort sigur. Aħna nipprovdu informazzjoni dwar kliniċi, vjaġġar u akkomodazzjoni, u assistenza finanzjarja għal min ikollu bżonn għajnuna biex ikopri l-ispejjeż involuti. Dawn is-servizzi nipprovduhom għal dawk residenti ġo l-Irlanda, l-Irlanda ta’ Fuq, Isle of Man, Malta, il-Ġibiltà, il-Polonja, ir-Rumanija, l-Ungerija, Franza, Spanja, u r-Repubblika Ċeka. Dawk minn pajjiżi oħra fl-UE jiġu evalwati fuq każ individwali.
L-assistenza finanzjarja tiddependi fuq il-bżonn tal-persuna kif ukoll mill-fondi disponibbli ta’ ASN. Jekk jogħġbok ikkuntattjana qabel tibbukja l-vjaġġ, għaliex aħna nistgħu nipprovdu informazzjoni dwar kif tippjana l-vjaġġ u l-proċedura bl-inqas spiża possibli.
Nistgħu ukoll nagħtuk informazzjoni dwar organizzazzjonijiet reputabbli li jipprovdu pilloli tal-abort bil-posta. Jekk qed tikkunsidra li tordna dawn il-pilloli minn fuq l-internet, jekk jogħġbok l-ewwel aqra din l-informazzjoni.
ASN hija organizzazzjoni inklużiva – aħna ma nistaqsux lill-klijenti tagħna dwar iċ-ċirkustanzi li wasslu għat-tqala jew għalfejn iridu abort. Aqra iktar f’dettall dwar l-organizzazzjoni ta’ ASN.
Għajnuna
Aqra dwar il-funzjoni ta’ ASN u x’tip ta’ għajnuna nistgħu noffrulek.
Appoġġjana
Aħna qegħdin f’pożizzjoni li nistgħu nagħtu l-għajnuna grazzi għal nies bħalek. Tista’ tagħti donazzjoni biex tappoġġja lill-klijenti tagħna li
għandhom bżonn abort?
