Skip to main content
SIB L-GĦAJNUNA AGĦTI DONAZZJONI

Għajnuna minn Malta

Abortion Support Network qegħda hawn biex tgħin nies li għandhom bżonn jaċċessaw l-abort barra minn Malta. Tgħin ukoll lil min qed ifittex pilloli tal-abort mingħand aġenziji reputabbli. Importanti tkun taf li filwaqt li dawn il-pilloli huma siguri, f’Malta huma kriminalizzati. Jekk qed tikkunsidra li tordna pilloli minn fuq l-internet, jekk jogħġbok l-ewwel aqra din l-informazzjoni. 

Jekk tixtieq titkellem ma’ xi ħadd dwar l-għażliet kollha li għandek fit-tqala, inkluż l-abort, tista’ tikkuntattja lil FPAS Malta. Din hija organizzazzjoni f’Malta li tipprovdi informazzjoni u assistenza imparzjali u bla ebda ġudizzju. 

Telefon: FPAS Malta: (+356) 2778 2758
Email: [email protected]
Website: https://mt.fpas.mt

Jekk għandek bżonn issiefer għall-abort, jekk jogħġbok tkellem magħna qabel ma tibbukja appuntament fil-klinika jew il-vjaġġ. ASN tista’ tgħinek tippjana l-vjaġġ u l-proċedura b’mod konvenjenti u bl-inqas spiża possibli. Dan huwa important mhux biss għalik, iżda wkoll sabiex ir-riżorsi tagħna nkunu nistgħu nużawhom bl-iżjed mod effiċjenti ħalli ngħinu kemm jista’ jkun nies. 

Għajnuna li Abortion Support Network tista’ tipprovdi:  

  • Rakkomandazzjonijiet ta’ kliniċi tal-abort 
  • Informazzjoni dwar kif tippjana l-vjaġġ u l-proċedura bl-inqas spiża possibli  
  • Assistenza finanzjarja  
  • Pariri bl-Ingliż, bil-Malti, jew lingwi oħra  

Ikkuntattjana


Dwar kif iżżomm il-kuntatt magħna privat

Internet

Jekk taħseb li xi ħadd qed jgħasses l-użu tiegħek fuq l-internet, prova aċċessa l-internet minn post newtrali bħal dar ta’ ħbieb, ix-xogħol, internet café, jew librerija lokali.  

Jekk ma trid lil ħadd ikun jaf li żort din (jew kwalunkwe) sit elettroniku, tista’ tħassar il-‘browser history’.  Inkella tista’ tuża ‘private browsing mode’, u b’hekk ma jkun hemm ebda informazzjoni dwar xi tkun fittixt fuq l-internet. Tista’ wkoll tħassar is-‘search history’ minn fuq Google, jew tuża  DuckDuckGo, li hija ‘search engine’ mingħajr tracking. 

Żomm f’moħħok illi s-sid jew l-amministratur tal-kompjuter xorta jista’ jkun jaf x’siti tkun żort fuq l-internet.

Telefon

Fuq il-kont tat-telefon in-numru tagħna ser jidher, però mhux l-isem tal-organizzazzjoni tagħna. Jekk għandek bżonn taħbi l-fatt li ċempiltilna, nissuġġerulek tikkunsidra li tuża servizz internazzjonali tat-telefon jew calling card.