ASN toffri informazzjoni dwar kif tippjana l-proċedura u l-vjaġġ barra minn Malta bl-inqas spiża possibli, għajnuna finanzjarja f’każijiet fejn ikun hemm bżonn ta’ din it-tip ta’ assistenza, u f’ċertu każijiet, akkomodazzjoni f’djar ta’ voluntieri jew pariri dwar akkomodazzjoni rħisa.

Madankollu, aħna m’aħniex professjonisti fil-kura tas-saħħa jew counsellors. Għal informazzjoni medika, għajnuna biex tagħmel id-deċiżjoni tiegħek, jew pilloli għal abort mediċinali bil-posta, l-organizzazzjonijiet imsemmija hawn taħt jafu jkunu jistgħu jgħinuk. Din il-lista tinkludi aġenziji tal-ipjanar tal-familja, kliniki tal-abort, u aġenziji reputabbli li jipprovdu pilloli sikuri, pero’ illegali, tal-abort. 

Importanti tkun taf li jeżistuklinikitalippjanar tal-familja li ma jagħtux informazzjoni preċiża u imparzjali dwar għażliet fit-tqala u l-abort. Minflok, jippruvaw jinfluwenzaw id-deċiżjoni tiegħek dwar l-abort mingħajr ma jiddikjaraw il-pożizzjoni tagħhom kontra l-abort. L-organizzazzjonijiet li nsemmu aħna hawn taħt huma reputabbli u imparzjali, u jistgħu jitkelmu miegħek dwar l-għażliet kollha li jeżistu meta tkun qed taffaċċja deċiżjonijiet diffiċli dwar it-tqala tiegħek. 

Malta

Jekk inti qegħda Malta u tixtieq titkellem ma’ xi ħadd dwar l-abort, jew għandek xi mistoqsijiet mediċi, aħna nistgħu nirreferuk għand servizz fir-Renju Unit immexxi mill-British Pregnancy Advisory Service. Inti tkun tistatitkellem ma’ professjonisti tas-saħħa li jistgħu jwieġbu l-mistoqsijiet li għandek dwar l-abort, jew jipprovdulek counselling jekk tħoss li għandek bżonnu. Jiddispjaċina, pero’ dan is-servizz huwa offrut bl-Ingliż biss.

Alternattivament, tistataqra iktar informazzjoni dwar l-abort fuq DAN IS-SIT: https://www.bpas.ie/abortion-treatments/

 

Organizzazzjonijiet u kliniki li jipprovdu l-abort

L-organizzazzjonijiet imsemmija hawn taħt jipprovdu l-abort, u jaħdmu ma’ Abortion Support Network biex jgħinu lin-nies li jivjaġġaw minn pajjiżi fejn l-abort hu illegali jew b’aċċess limitat. Dawn il-kliniki jinsabu kemm jistajkun viċin ta’ ajruporti u stazzjonijiet tal-ferrovija jew tal-linja.

Ħafna minn dawn il-kliniki għandhom prezzijiet ridotti għal nisa li jkollhom jivjaġġaw minn pajjiżi fejn l-abort hu illegali, u xi kliniki Ingliżi jipprovdu wkoll servizz ta’ taxi minn u lejn l-eqreb ajruport jew stazzjon tal-ferrovija.

INGILTERRA

Kliniki li naħdmu magħhom

British Pregnancy Advisory Service (BPAS) 
00 44 1789 416 569 minn Malta 
London (West, East & South), Liverpool, Leamington Spa, Birmingham, u lokalitajiet oħra fir-Renju Unit 

South Manchester Private Clinic (NUPAS)
00 44 1614 872 660 minn Malta

Marie Stopes International
00 44 3453 003 737 minn Malta

Liverpool Women’s Hospital

Klikkja fuq “Termination of Pregnancy for surgical  abortions up to 12 weeks 5 days” (terminazzjoni kirurġika sa 12-il ġimgħa u 5 tijiem). F’dan l-isptar hemm ukoll Foetal Medicine Unit għal dawk li għandhom dijanjosi ta’ anomalija mhux vijabbli.

 

L-OLANDA

Vrelinghuis Utrecht (L-eqreb ajruport: Amsterdam) 

Sit elettroniku: www.vrelinghuis.nl
Telefon: +31 30-2333542
Sat-22 ġimgħa tat-tqala 

 

Stichting Abortuskliniek Amsterdam (L-eqreb ajruport: Amsterdam) 

https://abortuskliniek-amsterdam.nl/  

Telefon: +31 (0) 20 693 21 51  

Kura sat-18-il ġimgħa tat-tqala

 

Bloemenhove in Heemstede (L-eqreb ajruport: Amsterdam) 

Sit elettroniku: www.bloemenhove.nl  

Telefon: 0031 23 528 98 90 

Kura sat-23 ġimgħa tat-tqala