ASN taf li hawn nies li m’għandhom ebda alternattiva oħra, ħlief li jfittxu pilloli għal abort mediċinali fuq l-internet. Il-World Health Organisation stqarret li l-pilloli għal abort mediċinali huma sikuri, anke meta jittieħdu barra mill-ambjent kliniku. Madankollu, jeżistu xi riskjiinkluż konsegwenzi legali – li huma assoċjati ma’ li tixtri mediċini minn fuq l-internet. Għaldaqstant, aħna ma nissuġġerixxu lil ħadd li jieħu mediċini mingħajr superviżjoni medika, jekk dan huwa possibli. 

Jekk m’għandek ebda għażla oħra, mill-esperjenza tagħna kemm Women Help Women kif ukoll Women on Web  huma organizzazzjonijiet reputabbli li jipprovdu pilloli għal abort mediċinali, kif ukoll pariri u sapport. Jekk iżżur is-siti tagħhom ser issib informazzjoni dwar kif jaħdmu dawn il-pilloli, is-sigurta’ tagħhom, u s-side effects. Dawn l-organizzazzjonijiet jistaqsu għal donazzjoni biex ikopru l-prezz tal-pilloli kif ukoll il-posta. ASN ma tipprovdix fondi għal dawn il-pilloli u ma tirċievi ebda pagamenti jew benefiċċji oħra mingħand min juża dawn is-servizzi. ASN ma tieħu ebda responsabbilta’ għall-azzjonijiet ta’ dawn iż-żewġ organizzazzjonijiet.  

Women Help Women

Women on Web