Kull sena, eluf ta’ nies jivjaġġaw minn pajjiżi fejn ma jistgħux jaċċessaw l-abort għal pajjiżi fejn hemm dan is-servizz. Dawn in-nies ikollhom isibu l-flus biex iħallsu għall-ivjaġġar u għall-proċedura, ġeneralment bħala pazjenti privati. Spiżi oħra jinkludu l-akkomodazzjoni, childcare, dokumenti tal-ivjaġġar, u leave mix-xogħol. 

Filwaqt li s-sitwazzjoni fl-Irlanda u l-Irlanda ta’ Fuq inbidlet fl-2018 u l-2019, ASN xorta għadha tisma’ mingħand nies li ma jirnexxilhomx jaċċessaw l-abort f’pajjiżhom minħabba limitazzjonijiet fil-liġi (nies fl-Irlanda li għandhom iktar minn 12-il ġimgħa tqala jew li ma jistgħux jaċċessaw il-kura qabel it-12-il ġimgħa, jew dawk li huma residenti fl-Irlanda ta’ Fuq li għal xi raġuni ma jistgħux jaċċessaw kura fl-Ingilterra fuq l-iskema tal-gvern). Ġewwa l-Isle of Man hemm aċċess limitat għall-abort (dan ser jinbidel dalwaqt), u fil-Gżejjer tal-Kanal Ingliż l-aċċess għall-abort huwa iktar limitat mill-Brittanja. 

Fl-2019 ASN estendiet is-servizzi għal nies residenti ġewwa Malta u l-Ġibilta’.

ASN tfondi l-abort, għaliex aħna nemmnu li “jiena ma naffordjax abort” m’għandiex tkun l-uniku raġuni li xi ħadd isir ġenitur. ASN qegħda hawnhekk biex tilqa’ u tgħin lil dawk li ma jistgħux jaċċessaw l-abort f’pajjiżhom, u li m’għandhomx biżżejjed finanzi sabiex jaċċessaw l-abort barra minn pajjiżhom. 

Il-klijenti tagħna huma ġeneralment dawk emarġinati u f’riskjudawk ġo, jew li qed jaħarbu minn, relazzjoni vjolenti, nies bi stat inċert ta’ immigrazzjoni, familji bi tqala b’dijanjosi ta’ anomaliji mhux vijabbli, u nies li huma foqra. Bħala ASN ma nistaqsux lill-klijenti kif ġrat it-tqala jew għalfejn iridu abort; min hu sinjur m’għandux bżonn jiġġustifika din id-deċiżjoni. L-uniku kriterji huma l-bżonn finanzjarju u kemm ikolna fondi disponibbli.