Abortion Support Network (ASN) hija organizzazzjoni li tipprovdi informazzjoni, assistenza finanzjarja, u fejn ikun hemm bżonn u meta dan ikun possibli, akkomodazzjoni ġo djar ta’ voluntieri. Dawn is-servizzi nipprovduhom għal nies residenti ġo l-Irlanda, l-Irlanda ta’ Fuq, Isle of Man, Malta, u l-Ġibiltà. L-ispejjeż ivarjaw minn £400 sa £2000 jew iktar u jiddependu fuq iċ-ċirkustanzi u l-istadju tat-tqala.

ASN ġiet stabbilita abbażi tal-fatt li legiżlazzjoni li tikkundanna l-abort ma twaqqafx nisa milli jagħmlu l-abort, iżda toħloq ostaklu għal abort sikur (fejn saħħet il-mara tkun imħarsa). F’każijiet ta’ tqala mhux mixtieqa, nisa li għandhom il-flus jistgħu jaċċessaw l-abort, iżda oħrajn bi problemi finanzjarji m’għandhomx din l-istess għażla, u jispiċċaw jirrikorru għal metodi perikolużi jew ikomplu bi tqala mhux mixtieqa.

ASN ma tikkampanjax għal bidla tant bżonjuża fil-liġi, bħal ma jagħmlu organizzazzjonijiet oħra dedikati għal dan l-għan importanti. Il-voluntieri tagħna jaħdmu biex jipprovdu sapport prattiku u immedjat lil dawk li ma jistgħux jaċċessaw l-abort f’pajjiżhom stess. Aħna nemmnu li l-liġijiet f’dawn il-pajjiżi għandhom jinbidlu u sa fl-aħħar ma jibqax bżonn ix-xogħol li tagħmel ASN. Sadanittant, aħna bi ħsiebna nagħmlu l-almu tagħna biex ngħinu kemm jista’ jkun nies.

Aħna ftaħna s-servizz tagħna għall-Irlanda, l-Irlanda ta’ Fuq, u l-Isle of Man fl-2009. Il-bżonn tas-servizz tagħna fl-Irlanda u l-Irlanda ta’ Fuq naqas ħafna fl-2018 u l-2019 minħabba bidliet fil-liġi fl-Irlanda, u l-fatt li residenti ta’ l-Irlanda ta’ Fuq jistgħu jaċċessaw kura b’xejn fl-Ingilterra. Minkejja dan, aħna xorta għadna nisimgħu mingħand nies ta’ dawn il-pajjiżi li ma rnexxilhomx jaċċessaw l-abort f’pajjiżhom minħabba limitazzjonijiet fil-liġi, u li allura jkollhom bżonn li jsiefru għal dan is-servizz. Fil-bidu tal-2019, aħna bdejna noffru s-servizz tagħna lil dawk residenti f’Malta u l-Ġibilta’.

L-għajnuna li noffru

Aqra l-paġna tagħna Fittex l-għajnuna għal iktar informazzjoni dwar l-għajnuna li noffru lill-klijenti tagħna. 

Il-missjoni, il-viżjoni, u l-valuri tagħna

Viżjoni

  • Dinja fejn kulħadd għandu informazzjoni u aċċess għal abort sikur u legali kull fejn joqgħod. 

Missjoni

  • Li nipprovdu informazzjoni, assistenza finanzjarja, u akkomodazzjoni lil dawk li għandhom bżonn isiefru biex ikunu jistgħu jaċċessaw abort sikur u legali, kif ukoll li nissapportjaw it-tkabbir tal-moviment għal ġbir ta’ fondi għall-abort billi naqsmu dak kollu li tgħallimna matul is-snin.

Valuri

  • Aħna nemmnu li kullħadd għandu dritt għal abort sikur u legali 
  • Aħna nemmnu f’li nipprovdu sapport prattiku li jippermetti lin-nies jeżerċitaw dan id-dritt 
  • Aħna nuru kompassjoni lil kull min ifittex abort u nirrispettaw id-deċiżjonijiet tagħhom 
  • Aħna nemmnu f’li naqsmu l-informazzjoni u l-esperjenza tagħna ma’ oħrajn sabiex inkabbru l-moviment ta’ ġbir ta’ fondi għall-abort u nżidu l-aċċess għal abort sikur

*ASN ma tistaqsix lill-klijenti dwar il-ġeneru tagħhom. Dan ma jaffetwax l-eliġibbiltagħal għajnuna finanzjarja.